|
KONTRA L-ABBUŻ MINN ART
PUBBLIKA/TAL-GVERN
Merħba fis-sit uffiċjali tal-Kampanja Freephone 1577 kontra
l-abbuż minn art pubblika/tal-Gvern.
Click
here for English version
X’inhuwa
il-Freephone 1577?
Il-Freephone 1577 huwa parti mill-kampanja tas-Segretarjat
Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, flimkien mat-Taqsima
Proprjetà tal-Gvern, sabiex ikun imrażżan l-abbuż sfaċċat
minn proprjetà pubblika/tal-Gvern.
Il-Freephone 1577 huwa servizz li jagħtik d-dritt u
l-opportunità sabiex, bħala ċittadin, bla spejjeż u
jekk trid anke b’mod anonimu, iċċempel u tirrapporta
każi ta’ abbuż minn
proprjetà pubblika/tal-Gvern.
Dan is-servizz huwa miftuħ 24 siegħa kuljum,
is-Sibt u l-Ħadd inklużi, u huwa bla ħlas.
Permezz tal-Freephone 1577, inti tista’ tagħti
kontribut siewi sabiex l-abbużi minn
proprjetà pubblika/tal-Gvern ikunu kkontrollati u dan b’benefiċċju
dirett għal poplu Malti.
Hekk per eżempju, permezz tar-rapport tiegħek,
it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern tkun tista’ tieħu l-passi
neċessarji sabiex spazji ta’ art li jkunu intenzjonati għall-użu
mill-pubbliku jibqgħu għall-użu u benefiċċju
tal-pubbliku. Fil-każ
ta’ abbuż minn proprjeta’
oħra tal-Gvern (bħal per eżempju li xi ħadd jikri bla
permess lil terzi proprjetà mikrija lilu/ha mill-Gvern), it-Taqsima,
wara li tagħmel l-investigazzjoni u l-verifika neċessarja, tkun
tista’ tinforza l-liġi sabiex ħadd ma jagħmel użu
jew profitt illegali minn
proprjetà tal-Gvern.
Mur ‘l fuq
X’nagħmel
biex nirraporta abbuż?
Sabiex tirraporta abbuż huwa sempliċi ħafna. Kull ma trid tagħmel huwa li ċċempel,
mingħajr ħlas, fuq in-numru 1577 u tgħaddi d-dettalji
relevanti lil operaturi tagħna.
Jekk trid tista’ wkoll tibgħatilna email fuq customercare.gpd@gov.mt.
Tajjeb tkun taf li, iktar kemm tagħti dettalji ċari
dwar il-
proprjetà li qed tirraporta, iktar ikun faċli għalina li
nidentifikaw fejn hemm l-abbuż u dan jgħinna biex inħaffu
kull proċess ta’ infurzar li jista’ jkun meħtieġ. Ta’ dan nirringrazjawk.
Mur ‘l fuq
X’tip ta’
abbużi nista’ nirraporta?
Hemm diversi tipi ta’ abbuż li inti tista’
tirraporta, fosthom:
·
Użu ta’ bankini sabiex jitqiegħdu
affarijiet, bħal imwejjed u siġġijiet, b’mod li ma jitħalliex
spazju adekwat għal passaġġ tal-pubbliku, li normalment għandu
jkun wiesgħa mhux inqas minn
metru u nofs;
·
Li wieħed iwaħħal strutturi permanenti
fuq bankina, bħal xi tinda jew ilqugħ ieħor;
·
Użu tar-ramel f’bajja sabiex jitpoġġew
umbrelel jew ‘deckchairs’ sa xifer il-baħar;
·
Li xi ħadd li jkollu ħanut mikri lilu mingħand
il-Gvern, jgħaddih lil ħaddieħor b’kera ogħla għad-dannu
tal-Gvern;
·
Li wieħed, b’xi mod jew ieħor, jokkupa
art tal-Gvern mingħajr il-permess tat-Taqsima Proprjetà
tal-Gvern, bħal per eżempju meta wieħed jaqbad u jisgossa
kamra tal-Gvern u jokkupaha;
·
Li wieħed ikompli jokkupa art tal-Gvern għall-perjodu
li jkun itwal minn
dak permess;
·
Li wieħed jagħmel użu ta’
proprjetà li jkun differenti minn
dak li tkun inkrietlu għalih mill-Gvern – per eżempju
garaxx ta’ karozza jintuża bħala garaxx ta’ mekkanik;
·
Li xi ħadd jimblokka triq pubblika b’mod li
ma jħallix aċċess liberu minnha għal-pubbliku in ġenerali.
Mur ‘l fuq
Agħmel użu
mid-dritt tiegħek bħala ċittadin – Ċemplilna fuq
il-Freephone 1577
Jekk taf b’xi abbuż minn proprjetà tal-Gvern ċemplilna
u aħna nieħdu passi.
L-użu xieraq u f’waqtu tal-Freephone 1577, jista’
verament jgħinna sabiex nikkontrollaw l-abbużi. Min-naħa l-oħra użu
mhux f’loku itellef u jxekkel bil-kbir ix-xogħol tagħna.
Aħna konvinti
li inti, bħala ċittadin, lest li tgħinna fil-kampanja tagħna
sabiex inroddu lill-poplu dak li huwa tiegħu. GRAZZI HAFNA.
Ikklikkja hawn għal
aktar Mistoqsijiet u Risposti (FAQs)
Mur ‘l fuq
|